gov.mt

PR261738

PR261738

17/10/2026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ

​

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà jinnota l-interess muri mix-Shadow Minister dwar il-qasam tas-sigurtà, minkejja li sa din il-ġimgħa ma kienx jaf x’responsabbiltajiet jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Intern.

Sakemm għadha għaddejja investigazzjoni, il-Ministru mhux se jagħmel kummenti li jistgħu jippreġudikaw il-każ. Bħala avukat, ix-Shadow Minister għandu jkun jaf li din hija l-pożizzjoni responsabbli li għandha tittieħed.

Il-Ministeru jittama li, meta jitħabbru l-miżuri fil-jiem li ġejjin, l-Oppożizzjoni tagħti l-appoġġ tagħha biex dawn ikunu jistgħu jiġu implimentati.


​